It-Tempji Neolitiċi ta' Malta

Il-gżejjer ta' Malta jinsabu 80 kilometru fin-nofsinhar ta' Sqallija u 370 kilometru mill-kosta Tuneżina. L-ewwel kolonji ta’ abitanti f’dawn il-gżejjerjidher li kienu immigranti mill-gżira ta' Sqallija, matul il-perjodu Neolitiku bikri. Din it-teorija dwar kolonizzazzjoni Neolitika qed tkun kontestata bil-qawwi minn riċerka ġdida fuq il-probabilita ta’  influwenza Paleolitika.

Ejja nagħtu ħarsa lejn it-teoriji ortodossi jew konvenzjonali dwar l-oriġini u n-natura ta' kolonji umani fil-gżira ta' Malta qabel l-influwenza Paleolitika.

Skond l-ipotesi ta' arkeoloġi ortodossi, il-fdalijiet ta' għadam, frammenti ta' fuħħar, u l-marki tan- nar jindikaw li bnedmin kienu jgħixu f'Malta sa mill-inqas 5200 QK. Dawn in-nies tal-bidu kienu jgħixu fl-għerien, iżda aktar tard bnew tined u rħula. Madwar 1,600 snin wara l-wasla tagħhom f'Malta, dawn in-nies bdew il-bini ta' tempji megalitiċi spettakolari. Tabilħaqq, il-fdalijiet li għadhom jidhru huma biss qoxra ta’ strutturi sbieh ħafna, li l-biċċa kbira minnhom kienu msaqqfa, pavimentati, mgħammra b’bibien u purtieri, u mżejna b’mod mill-isbah bi skultura u pittura. Xi arkeoloġi huma tal-fehma li l-perijodu li matulu l-Maltin bikrija avvanzaw mill-ewwel oqbra komuni mqatta’ fil-blat għall-aħħar kumplessi ta’ tempji kbar kien bejn l-4100 u l-2500 QK. Madwar l-2300 QK, din il-kultura megalitika straordinarja iddagħjfet fi żmien qasir. Kawża prinċipali jidher li kienet id-deforestazzjoni qawwija u t-telf tal-ħamrija li jkunu kawżati minn żieda fil-popolazzjoni, meta ħafna art titnaddaf għal skopijiet agrikoli. Kawżi oħra setgħu kienu l-ġuħ, tħarbit soċjali kawża ta’ saċerdozju oppressiv, u l-invażjoni minn qawwiet barranin. Wara li ddagħjfet il-kultura tat-tempji, jista’ jkun li Malta kienet abbandunata sakemm waslu n-nies ta’ żmien il-Bronż, madwar 2000 QK.

Fuq il-gżejjer ta' Malta u Għawdex instabu l-fdalijiet ta' 50 tempju, bi 23 minnhom fi stati varji ta’ preservazzjoni. Ma jidher li hemm ebda mudell ta’ kif inhuma mqassma dawn it-tempji, iżda dan jista’ jiġi jkun jihemmx xi  fl-istati differenti ta 'preservazzjoni. Ebda xejra partikolari ma toħroġ mid-distribuzzjoni ta' dawn tempji u dan jista' jiġi jkun minħabba l-probabbilta li nqerdu ħafna tempji fil-qedem, u li tempji oħra għad iridu jiġu skoperti. Madwar iż-żewġ gżejjer hemm ukoll bosta menhirs u dolmens, iżda għad ma ġiex studjat jekk hemmx ness bejn fejn tqegħdu dawn u l-kumplessi tat-tempji kbar.

It-tempji li hawn f’Malta huma kważi kollha mibnija fuq l-istess disinn bażiku: kuridur ċentrali li jgħaddi minn żewġt’ikmamar jew aktar fil-forma ta' kilwa (ellissojdali), u li jwassal għal altar apsidi fit-tarf l-ieħor.
 
Il-qoxra ta' barra tal-ħitan enormi huma ffurmati minn ċnagan kbar tal-ġebel mirfud fuq tarf jew fit-tarf f’linja dritta. Il-ħitan interni huma kollha blokki fuq xulxin ta’ korallina mhux maħduma, jew ċangaturi maqtugħa tajjeb u għad-dritt. Kull ħajt għandu żewġ faċċati, u l-ispazju ta’ bejn il- ħitan huwa mimli bil-ħamrija jew biċċiet tal-ġebel. Il-Bibien u l-passaġġi kollha huma mfassla fuq jużaw id-disinn tat-Trilithon: żewġ pilastri paraleli għal xulxin li fuqhom isserrah blata orizzontali. Ħafna mill-bibien jikkonsistu f’tieqa żgħira, u l-aċċess huwa minn fetħa rettangulari fin-nofs ta’ ġebla. Hu probabbli li t-tempji kienu msaqqfa bi travi, friegħiu tafal. Il-ħitan ma setgħux jifilħu l-piż ta' saqaf tal-ġebel,  billi ċangaturi tal-bejt ta’ aktar minn żewġ metri tul kienu jinqasmu bil-piż tagħhom stess. Ma nstabu ebda fdalijiet ta' soqfa tal-ġebel.

Kif intqal hawn fuq, il-fehma arkeoloġika ortodossa tafferma li l-gżejjer tal-arċipelagu Malti baqgħu mingħajt abitanti sa bejn wieħed u ieħor l-5200 QK, meta bdew jgħixu hawn immigranti Neolitiċi mill-gżira fil-qrib ta' Sqallija. Għal diversi raġunijiet, hemm dunji serji dwar dan il-metodu ta’ kif ġiet intagħżlet din id-data.Riċerka li tmexxiet minn diversi xjentisti u li ġiet sintetizzata, interpretata u rrappurtata mill-istudjuż ta’ ċiviltajiet tal-qedem, Graham Hancock, uriet b’mod ċar li f’Malta kien hawn preżenza umana ħafna eluf ta’ snin qabel il-żerniq tal-fażi Neolitika. Jidher li tassew li ġew nies minn Sqallija matul il-perjodu Neolitiku iżda, ħafna żmien qabel, kien hawn grupp ieħor ta’ nies li wkoll ivvjaġġaw lejn Malta u għexu fuqha.

Waqt li kien qiegħed jirriċerka għall-ktieb tiegħu “Underworld: The Mysterious Origins of Civilization”, Hancock kien ripetutament jistudja il-preistoriku f’Malta u, partikolarment, ċerti fatturi li kienu jikkontradixxu l-evalwazzjoni tal-gżira kif imfassal mill-arkejoloġija konvenzjonali. Fattur primarju fost dawn kien li Malta kienet wisq żgħira biex setgħet żviluppat u sostniet iċ-ċiviltà meħtieġa biex twassal għal teknika sofistikata ta’ kostruzzjoni li hemm fit-tempji tal-Imnajdra, Ħaġar Qim, il-Ġgantija u l-Ipoġew. Fi kliem ieħor, kif nistgħu nispjegaw li hawn tlieta u għoxrin tempju megalitiku mingħajr ebda anteċedent arkitettoniku u mingħajr ebda evidenza ta’ kwantita kbira ta’ arkitettura domestika lokali biex fiha joqogħdu dawk li bnew u użaw it-tempji? Meta jikteb fuq din il-kwistjoni, Hancock jikteb, "Kif se nispjegaw il-fatt li l-eqdem monumenti wieqfa tal-ġebel fid-dinja, li mid-daqs u s-sofistikazzjoni tagħhom jixhdu bla dubju li ġew mibnija minn nies li kienu diġà akkumulaw esperjenza twila fil-xjenza ta' kostruzzjoni megalitika, jinfdu fl-istorja arkeoloġika fuq grupp ta' gżejjer żgħar ħafna - l-arċipelagu Malti - li lanqas ma kienu abitati mill-bnedmin sa 1600 sena ilu? Dan mhux kontra sens? Mhux aktar loġiku li wieħed jistenna "storja ta’ ċivilizzazzjoni" fir-reġistru arkeoloġiku Malti li jixhed teknika ta' kostruzzjoni aktar sofistikata – u, tabilħaqq, m’għandux ukoll wieħed jistenna "territorju ta’ ċivilizzazzjoni" estensiv, li kapaċi jappoġġja popolazzjoni ftit imdaqqsa (minflok gżejjer żgħar u għera) biex idawwru u jsostnu l-akbar avvanz akitettoniku tal-qedem?"

Malta mhux dejjem kienet gżira. Jgħallmuna dan l-istudjużi tal-oċeani u x-xjenza ġdida li tfassal mapep ta’ kif imxew l-ibħra u x-xmajjar. Madwar 17,000 sena ilu, meta l-livell tal- oċeani kien 120 metru aktar baxx milli hu llum, il-gżejjer tal-arċipelagu Malti kienu l-uċuħ ta' muntanji ta' art li kienet tgħaqqad ma’ Sqallija (90 kilometri fit-tramuntana), u li hija wkoll kienet magħquda mat-tarf ta’ dik li llum hija l-Italja kontinentali. Għaldaqstant, sa 16,400 sena ilu, il-il-bnedmin Paleolitiċi u l-annimali li kienu jikkaċċjaw setgħu sempliċement imxew mill-Ewropa sa Malta. Dawn in-nies kienu jgħixu, jikkaċċjaw (u forsi jaħdmu r-raba) l-aktar fil-partijiet l-aktar baxxi u (bħal ħafna kulturi oħra tal-qedem) setgħu bnew uħud mit-tempji tagħhom fuq il-qċaċet ta' muntanji sagri. Minħabba li Malta kienet magħquda mal-Ewropa kontinentali għal ħafna eluf ta’ snin, u l-probabbiltà ta' skambju ta' informazzjoni minn reġjuni kulturali oħra tal-Ewropa preistorika, huwa ferm possibbli li seta’ jiżviluppa l-istil arkitettoniku straordinarja tat-tempji Maltin.

Imbagħad, bdew idubu l-kappi tas-silġ u bil-mod beda tiela l-livell tal-oċeani, jgħarraq bla waqfien iż-żoni kostali u l-pontijiet tal-art li kienu jgħaqqdu reġjun għoli ma’ ieħor. Għaldaqstant, sa 14,600 sena ilu, il-pont ta’ art sa Sqallija kien għeb taħt il-baħar, u sa 10,600 sena ilu, l-ilmijiet kienet tant għolew li l-qċaċet ta' Malta biss kienu ogħla mill-ibħra, u b’hekk iffurmaw il-gżejjer li għandna llum ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. Fil-proċess ta' din l-għarqa, iċ-ċentri soċjali fir-reġjuni baxxi kienu ntilfu taħt l-ilmijiet u n-nies kienet titla lejn il-partijiet aktar għolja tal-qċaċet Maltin jew kienu jemigraw lejn l-Italja u l-Ewropa kontinentali. Minn issa 'l quddiem l-arċipelagu Malti jkun iżolat kompletament minn influwenzi kulturali Ewropej u għalhekk juri karatteristiċi ta' żvilupp uniku, dak li nsibu eżattament fir-rekord arkeoloġiku. Kif jikteb Hancock, "Forsi dan l-iżolament Paleolitiku, aktar milli l-invażjoni Neolitika (tal- 5200 QK minn Sqallija), kien l-oriġini veru tal-karattru distintiv u l-kisbiet taċ-ċivilizzazzjoni Maltija."

Jista’ jkun ukoll li t-tempji kbar ta' Malta ma kienux attwalment mibnija matul żminijiet Neolitiċi iżda huma fil-fatt fdalijiet ta' ċivilizzazzjoni Paleolitika aktar qadima (ma ninsewx, ma hemm ebda data miksuba permezz ta’ carbon-dating jew xi mod ieħor arkeoloġiku li jissostanzja l-assunzjoni ortodossa li t-tempji Maltin huma ta' oriġini Neolitika). Forsi l-allinjamenti astronomiċi eleganti tat-tempji u l-preżenza ta’ matematika avvanzata fil-kostruzzjoni tagħhom jindikaw li l-gżira ta' Malta darba kienet parti minn ġeografija sagra reġjonali jew globali, li hija stess kienet mibnija minn ċivilizzazzjoni li ntemmet żmien ilu u li kienet kisbet kultura xjentifiku u spiritwali kbira. Sabiex jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet, jeħtieġ li jsiru skavi arkeoloġiċi ħafna aktar estensivi f'Malta u, daqstant importanti, fis-siti arkeoloġiċi li hu magħruf li jeżistu fl-ilmijiet ta’ madwar il-gżejjer. Hi x’inhi l-oriġini tagħhom madankollu, it-tempji ta’ Malta huma postijiet ta' qawwa li ebda pellegrin serju jew fanatiku tal-misteri tad-dinja m’għandu jitlef.
 
Fil-bini tat-tempji kienu jintużaw żewġ tipi differenti ta' ġebel: dak globiġerina tal-qawwi u l-globigerina tal-franka, artab u ċar. Dan il-ġebel ġie depożitat fil-perjodu ġeoloġiku Miocene. L-għodda ta' kostruzzjoni li kienet tintuża f’dak iż-żmien kienet tikkonsisti f’mannara tal-id magħmula miż-żnied u l-kwarż, skieken u barraxa tal-obsidian vulkanika, kunjardi tal-injam u tal-ġebel, imrietel tal-ġebel, u puntelli tal-injam. Fit-tempji ma nstabu ebda għodod tal-metall.Malta m’għandha ebda riżorsi minerali,u ż-żnied u l-obsidian li nstab f'Malta u Għawdex setgħu ġew impurtati mill-gżejjer ta'Lipari (fit-tramuntana ta' Sqallija) u Pantellerija (fil-lbiċ ta'Sqallija). Wara li l-blokki kbar tal-ġebel kienu jinqatgħu fil-barrieri, dawn kienu jitmexxew lejn is-sit tat-tempju fuq rombli. Meta jitwasslu fuq is-sit, kienu jitqiegħdu fuq blalen tal-ġebel sabiex il-blokki kbar tal-ġebel ikunu jistgħu jitmexxew fi kwalunkwe direzzjoni, u mhux biss 'il quddiem u lura, kif kienu jippermettu r-rombli.
 
L-intern tat-tempji tal-bidu, kien ikun imkaħħal u miżbugħ kulur okra aħmar.L-intern ta’ tempji li nbnew wara kellhom it-taraġ u l-altari ddekorati bi spirali mnaqqxa, freġji mnaqqxa b’annimali tar-razzett, hut u sriep, u b’disinn sempliċi ta’ tikki minquxa. Għadhom jidhru l-ħofor fil-ħitan fejn kienu jitqiegħdu barrikati tal-injam jew purtieri u niċeċ għal waqt ir-riti.Ir-riljev imnaqqax tant hu lavur delikat li diffiċli tifhem kif seta’ sar permezz ta 'għodod tal-ġebel biss. Ornamenti u tagħmir (li issa tneħħew mit-tempji u tqiegħdu fil-mużewijiet) jindikaw li kienet issir qima lill-antenati u l-kult ta’ allat u orakli tal-fertilità. Jidher li t-tempji kienu jintużaw biss għal attività ritwali u mhux bħala ċimiterji, peress li ma nstabu ebda oqbra. Fost l-ornamenti li nstabu kien hemm skieken taż-żnied li kienu jintużaw għas-sagrifiċċji, iżda ma nstabu ebda għadam tal-bniedem, li jindika li sagrifiċċji kienu biss ta' annimali u mhux ta’ bnedmin.

Minbarra l-allinjamenti astronomiċi tagħhom, it-tempji Maltin jixhdu wkoll sofistikazzjoni sorprendenti ta’ matematika u nġinerija. Ir-riċerkatur, Gerald Formosa, awtur tal-ktieb “Megalithic Monuments of Malta”, skopra diversi eżempji numerużi ta' l-hekk imsejjaħ Megalithiċ Yard ta’ 2.72 pied. Dan in-numru matematiku li jinstab fuq siti megalitiċi madwar l-Ewropa tal-qedem, kien mgħarraf għall-ewwel darba lid-dinja tax-xjenza tramite l-istudji ta’ Alexander Thom, Professur f’Oxford. F’Ħaġar Qim u l-Imnajdrainsibu eżempji tal-Megalithiċ Yard fil-kejl tal-ġebel tal-intrata u fit-trijangoli li hemm minquxa fl-art tat-tempji.

Dawn l-iskoperti astronomiċi, matematiċi u tal-inġinerija huma fil-biċċa l-kbira njorati minn arkeoloġi konvenzjonali minħabba li huwa komunement maħsub li l-arkitettura tat-tempji f’Malta żviluppat qabel u ndipendentement minn kwalunkwe influwenza barranija. L-espert fuq l-arkejoloġija f’Malta DH Trump, fil-ktieb tiegħu “Malta: An Archaeological Guide”, jikteb li, "Barra mill-gżejjer Maltin ma hemm xejn li b’xi mod jixbah lil wieħed minn dawn it-tempji u, għaldaqstant, ma nistgħux nużaw 'influwenza barranija" biex nispjegawhom. Il-fatt li hemm nuqqas kważi totali ta' fuħħar impurtat ikompli jsaħħaħ dan l-argument."

Iżda, kif allura, jista’ wieħed jispjega l-preżenza enigmatika tal-“Megalithiċ Yard”? Dan il-kejl li żgur huwa ta’ antikità kbira jagħti x’jifhem li t-tempji ta' Malta mhumiex fdalijiet iżolati isolate, iżda parti minn ġeografija sagra pan-reġjonali (jew globali).

Misteru ieħor jikkonċerna l-istatwi ta' figuri umani ħoxnin ħafna li hemm f’ħafna mit-tempji f’Malta. Id-dbielet bil-pjiegi li għandhom, il-koxox enormi u l-idejn u saqajn żgħar wasslu biex isejħulhom allat tal-fertilità. Madankollu, mhux ċar ta’ liema sess huma u, barra minn hekk, dawk li huma nisa m’għandhomxsider. B’konsegwenza ta’ dan, l-arkeoloġi issa saru jirreferu għalihom bħala “l-istatwi obeżi." DHTrump jikkummenta li "għandna nammettu mal-ewwel li jista’ jkun preġudizzju maskili li wieħed jiddeskrivi dawn l-istatwi ħoxnin bħala “allat nisa” jew “nisa ħoxnin”. M’hemm ebda ndikazzjoni ċara tas-sess. Il-ħxuna fin-nisa hija spiss, għalkemm b’mod żbaljat, ikkunsidrata bħala sinjal ta’ fertilità. Jekk mil-lum ‘l quddiem insejħula alla, dan hu aktar għal konvenjenza jew peobabbilta, milli għax hemm prova." Barra minn hekk, l-istatwetti ta' rġiel bid-dbielet u bil-malji f’xagħrhom, kif ukoll bosta eżempji ta' organi maskili minquxin, huma ndikazzjoni li t-tempji f’Malta kienu jaqdu b’mod ġenerali funzjoni ta’ fertilita li kienet tunkludi elementi sew maskili kif ukoll femminili. Madankollu, huwa veru li ċerti figurini misjuba f'Malta, bħas-Sinjura Rieqda u l-Venere ta’ Malta, juru li l-poplu Neolitiku tal-gżira seta’ kellu xi forma ta’ kult ta’ alla mara speċifiku.