Tempji Neolitiċi oħra li jinsabu f'Malta

Kumplessi ta’ tempji oħra mportanti jinsabu f’ĦalTarxien, l-Ipoġew u Tas-Silġ f’Malta, u l-Ġgantija fuq il-gżira fil-qrib ta' Għawdex. Is-sit f’ĦalTarxien, skopert minn bidwi fl-1915, fih tlett tempji, li wieħed minnhom jinkludi statwa famuża tal-parti t’isfel tal-ġisem ta' figura wieqfa. Din il-figura ġieli ġiet interpretata minn kittieba nisa bħala statwa ta’ alla mara (għalkemm m’hemm l-ebda mod sabiex tkun taf billi l-ġeneru mhux ċar), u hija waħda mir- rappreżentazzjonijiet ta’ alla mill-aktar qodma u qawwija (l-istatwa fit-tempju hija replika, u l-oriġinal qiegħed f’mużew fil-belt kapitali Valletta.)
 
Tempju importanti ieħor, l-Ipoġew ta'Ħal Saflieni, mhux mibni fuq il-mudell tipiku tat-tempji f’Malta. Jinsab qribil-kumpless tat-tempji ta'Ħal Tarxien, fis-subborg modern ta' Paola,uġie skopert b'kumbinazzjoni fl-1902 waqt li kien qed jitħafferbir. L-Ipoġew huwa labirint taħt l-art b'ħafna sulari (25 x 35 metru) li jikkonsisti fi kmamar, swali, kurituri u turġien li, matul is-sekli, kienu estiżi aktar u aktar fil-fond tal-ġebla franka ratba. Skont il-kronoloġija ortodossa, imbena bejn 4000 u 5000 sena ilu, u  serva kemm ta’ santwarju kif ukoll ċimiterju; fih instabu l-għadam ta’ mas-7000 bniedem. Is-sala l-aktar impressjonanti, komunement magħrufa "is-Sagra tas-Sagri", għandha pilastri u blajjet li huma meravilja arkitettonika. Hemm l-ideja li din il-kamra kienet tintuża biex isiru sagrifiċċji tal-annimali, billi l-ħitan tagħha huma miksija b’żebgħa ħamra. F’Awla oħra, l-hekk imsejħa kamra Orakulari, hemm niċċa kwadru maqtugħa fil-ħajt li setgħet intużat sabiex il-vuċi tal-qassis titfa’ eku madwar it-tempju. Fil-fatt, effett stramb ta’ din il-kamra partikolari huwa li l-vuċi ta’ raġel tirbombja bil-qawwi madwarha, filwaqt li vuċi ta’ mara tiġi assorbita kważi kollha kemm hi ġebel antik. L-Ipoġew ingħalaq għal ħafna mis-snin 1990 għal tiswijiet u restawr, iżda reġgħa nfetħet wara l-bidu tal-millennju l-ġdid.

Il-tempju li ġie skavat reċentement, imsejjaħ Tas-Silġ, huwa uniku f'Malta għaliex huwa prova ta' użu reliġjuż kontinwu matul eluf ta' snin u minn kulturi differenti. Inbena bħala tempju ta’ alla mara matul il-fażi megalitika, wara intuż mill-popli tal-era tal-Bronż fl-ewwel millennju QK, wara ġie nkorporat f’santwarju ta' Astarte (l-alla tal-fertilità, is-sbuħija u l-imħabba) imwaqqaf mill-Feniċi fis-seklu 8 QK, ġie miżmum u mtejjeb mill-Kartaġiniżi, użat minn nies lokali neo-Puniċi bħala santwarju ta’ Astarte-Tanit, adottat mir-Rumani bħala tempju tal-alla Juno, meħud mil-Insara fis-seklu 4 WK, u fl-aħħar sar is-sit ta’ moskea Għarbija fis-seklu 9.

Huwa żgur li l-akbar tempju f'Malta u dak l-aktar ippreservat huwa fuq il-gżira żgħira ta' Għawdex (vjaġġ bill-lanċa ta’ 20 minuta minn Malta). Skont il-kalkoli tal-arkejoloġija konvenzjonali) it-tempju tal-Ġgantija nbena bejn l-3600 u 3000 QK, fuq medda ta’ 1000 metru kwadru u l-ħajt ta’ wara tiegħu hu għoli 7 metri u fih megaliti li jiżnu mal-40 jew 50 tunnellata. Skont il-leġġendi tal-lokal, il-blokki massivi tal-Ġgantija (l-kelma tfisser ġganteski) kienu minquxin fin-nofsinhar ta' Għawdex minn mara ġgant.